Caution: JavaScript execution is disabled in your browser or for this website. You may not be able to answer all questions in this survey. Please, verify your browser parameters.

Stħarriġ dwar is-saħħa u l-funzjonament relatati max-xogħol (MT)

 

 Għażiż/a Partiċipant/a!

Jisimni Prof Marilyn Clark u jien  riċerkatriċi fl-Università ta’ Malta. Nixtieq nistiednek biex tieħu sehem  fi studju li għandu l-għan li jinvestiga l-ħsibijiet, l-emozzjonijiet u l-imġiba tan-nies f’konnessjoni max-xogħol tagħhom. Il-proġett qed jitmexxa minn team internazzjonali mmexxi minn Dr Edyta Charzyńska mill-Università ta’ Silesia fi Katowice, il-Polonja, u Dr Paweł Atroszko mill-Università ta’ Gdańsk, il-Polonja. L-istudju qed jitwettaq f’iktar minn 60 pajjiż f’6 kontinenti u hu ssapportjat miċ-Ċentru Xjentifiku Nazzjonali fil-Polonja. 

Tista’ tipparteċipa f’dan l-istudju jekk tilħaq il-kriterji li ġejjin:
– inti taħdem Malta u inti ċittadin/a Maltija, 
– inti adult/a,
– taħdem f’organizzazzjoni li mill-inqas għandha 10 impjegati b’kollox, 
– ilek taħdem ma’ min iħaddmek fil-preżent, mill-inqas sena,
– taħdem guq bażi full-time.

L- istudju jieħu madwar 15-20 minuta u sa jibqa’ anonimu. 
Jekk jogħġbok imla l-kwestjonarju b’attenzjoni. M’hemm ebda tweġiba li hi tajba jew ħażina. Dak li hu importanti għalina huma tweġibiet sinċiera, li jirriflettu dak li int verament taħseb u tħoss.  
Bħala ringrazzjament tal-partiċipazzjoni tiegħek, wara li tlesti l-kwestjonarju, tista’ tara r-riżultati tiegħek flimkien ma’ deskrizzjoni sempliċi tar-riżultat. Dan jipprovdilek informazzoni psikoloġika importanti u ta’ valur, li tista’ tgħinek tifhem iktar lilek innifsek, l-imġiba tiegħek, u speċjalment il-mod kif tiffunzjona fuq ix-xogħol. B’dal-mod, tista’ tikseb għarfien aħjar dwar il-ħiliet u l-limitazzjonijiet tiegħek.  

 

                                                                       Dejjem tiegħek,
                                                  Prof Marilyn Clark

Dan l-istħarrig huwa anonimu

The record of your survey responses does not contain any identifying information about you, unless a specific survey question explicitly asked for it.

If you used an identifying access code to access this survey, please rest assured that this code will not be stored together with your responses. It is managed in a separate database and will only be updated to indicate whether you did (or did not) complete this survey. There is no way of matching identification access codes with survey responses.